Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Sitt atleti Maltin fil-Latvja għall-Kampjonat Dinji tan-Nofs Maratona

Malta se tkun rappreżentata minn sitt atleti waqt il-Kampjonat Dinji inawgurali tan-Nofs Maratona li se jsir f’Riga, kapitali tal-Latvja.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel, Malta se tkun rappreżentata minn tliet atleti li fl-aħħar snin kellhom prestazzjonijiet mill-aqwa. Dawn huma Dillon Cassar, detentur tar-Rekord Nazzjonali tan-Nofs Maratona, Luke Micallef u Simon Spiteri. Barra li se jkunu qed jikkompetu individwalment fil-Kampjonat Dinji, flimkien se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta bħala tim nazzjonali.

Fost it-tfajliet, Malta se tkun rappreżentata mil-Lisa Bezzina, li għandha r-rekord nazzjonali fuq din id-distanza u Joelle Cortis. Iż-żewġ atleti se jkunu qed jieħu sehem f’dan l-avveniment wara straġun tajjeb li fih kisbu bosta unuri. Bezzina rebħet in-Nofs Maratona ta’ Pisa u l-Malta Road Running Series filwaqt li Cortis ukoll kellha suċċess internazzjonali meta rebħet il-Brighton 10k.

Il-kontinġent Malti se jkun qed itellaq ma’ wħud mill-aqwa atleti fid-dinja fuq din id-distanza, b’pajjiżi bħal Kenja u Etijopja li għandhom tim iffurmat minn atleti li kollha kapaċi jiġru in-nofs maratona (21.1km) f’inqas minn siegħa. Fost in-nisa, se jieħdu sehem stilel bħall-Kenjani Peres Jepchirchir, rebbieħa tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi u Irine Jepchumba Kimais, li din is-sena rebħet in-Nofs Maratona prestiġjuża ta’ Barċellona.

Intant, f’Riga se tkun organizzata wkoll kompetizzjoni tal-Mil fejn Malta se tkun rappreżentata minn Gina Mcnamara li din is-sena kisbet tliet midalji tad-deheb għal pajjiżna fil-GSSE 2023.

Il-parteċipazzjoni ta’ Tim Malta hi appoġjata minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.