Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

PSG b’rebħa fuq Milan…Newcastle megħluba minn Borussia Dortmund

Fi Grupp F, PSG kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Milan biex b’hekk komplew ipoġġu lit-tim ta’ Stefano Pioli f’aktar periklu li jkun eliminat mill-kompetizzjonijiet Ewropej dan l-istaġun. PSG marru fil-vantaġġ fit-32 minuta permezz ta’ Kylian Mbappe. Huma rduppjaw fit-tieni taqsima fejn wara li l-gowl ta’ Ousmane Dembele kien imħassar permezz tal-VAR, kien Kolo Muani li rdoppja fit-53 minuta. Lejn it-tmiem kien Lee Kang-in li għamel l-iskor 3-0.

F’partita oħra mill-istess grupp, Borussia Dortmund barra minn darhom għelbu lil Newcastle 1-0 bil-gowl li ddeċieda dan il-konfront wasal ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Felix Nmecha.

Minn Grupp H, Barcelona kisbu t-tielet rebħa minn daqs tant partiti meta għelbu lil Shaktar Dontesk 2-1. Żewġ gowls fl-ewwel taqsima ta’ Ferran Torres u Fermin Lopez taw vantaġġ doppju lil Barcelona sabiex Georgiy Sudakov naqqas l-iskor għall-Ukreni fit-tieni taqsima.

Iċ-champions renjanti Manchester City wkoll żammew ir-rekord perfett tagħhom f’din il-kompetizzjoni meta għelbu lil Young Boys 3-1. Manuel Akanji poġġa lil City fil-vantaġġ fit-48 minuta b’Young Boys jirrispondu erba’ minuti wara permezz ta’ Meschak Elia iżda żewġ gowls ta’ Erling Haaland kienu biżżejed għat-tim ta’ Pep Guardiola

Feyenoord għelbu lil Lazio 3-1 fi Grupp E. Vantaġġ doppju għal Feyenoord sa tmiem l-ewwel taqsima b’gowls ta’ Santiago Gimenez u Ramiz Zerrouki. Gimenez għamilhom 3-0 fl-74 minuta filwaqt li penalty ta’ Pedro naqqas l-iskor fit-83 minuta.

Illum: Feyenoord v Lazio 3-1, Celtic v A.Madrid 2-2, Newcastle v B.Dortmund 0-1, PSG v Milan 3-0, Leipzig v C.Zvezda 3-1, Y.Boys v Man City 1-3, Barelona v S.Donetsk 2-1, R.Antwerp v Porto 1-4