Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ingħatat l-unur ‘Cross of Good Neighbourhood’
għall-impenn tagħha lejn il-poplu tal-Belarus u l-ġlieda tiegħu favur il-libertà u d-demokrazija.
Hija ttielet persuna li ingħatat dan l-unur.
Il-mexxejja tal-qawwiet demokratiċi tal-Belarus Sviatlana Tsikhanouskaya ppreżentat l-unur lillPresident Metsola fil-Parlament Ewropew. Hija rringrazzjat lill-President Metsola għad-dedikazzjoni lejn il-ġlieda favur il-libertà li qed jagħmel il-poplu tal-Belarus.
Waqt li irċiviet l-unur, l-President Roberta Metsola qalet, “il-valuri li qed jiġġieldu għalihom in-nies
tal-Belarus huma dawk li jgħaqqduna flimkien bħala Ewropej.” Hija irreferiet għall-elezzjonijiet
frawdalenti li saru fl-2020 u l-konsegwenzi li ġabu magħhom, li wasslu biex biex 1,500 mara u raġel
intbagħtu il-ħabs talli semmgħu leħinhom.
“Għalija, il-valuri tal-libertà u d-demokrazija huma valuri fundamentali u drittijiet li għandu
jgawdihom kulħadd. Huma valuri li għandhom ikunu mħarsa kullimkien.
Matul l-aħħar snin, il-poplu tal-Belarus wera kuraġġ kbir għaliex qatt ma qata’ qalbu. L-Ewropa tinsab spalla ma spalla magħhom.
Għandhom jgħixu fil-libertà, ħielsa minn kull tip ta’ dittatorjat, u ħielsa mill-oppressjoni. Lelezzjonijiet ma jistgħu jinsterqu. L-irġiel u n-nies m’għandhomx jintefgħu f’ħabs sempliċiment għax isemmgħu l-opinjoni tagħhom,” qalet il-President Metsola.