Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Olvin Vella “daħluh f’nassa minsuba għalih” – Kunsill tal-Malti

Tissokta l-protesta fil-konfront tal-Ministru Bonnici u l-ħatra ta’ Norma Saliba

“Aħna niddeploraw il-fatt li f’Malta min hu kkwalifikat u ħadem għomru kollu b’dedikazzjoni u bla ħlas b’risq ilsienna qed jingħata l-ġenb u l-agħar trattament, biex jiġi ppreferut ħaddieħor bla kwalifiki fis-suġġett, għal raġunijiet li ma jistgħux ikunu l-ġid tal-Malti.”

Dan intqal fi stqarrija mill-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti b’reazzjoni għall-fatt li l-issa eks Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet tax-Xandir tal-Istat, Norma Saliba tqiegħdet mill-Ministru Owen Bonnici bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti.

Il-membri tal-Kunsill saħqu li huma vvutaw b’mod mill-aktar liberu u f’għaqda sħiħa fil-protesta tagħhom kontra l-impożizzjoni tal-Ministru Bonnici deskritta minnhom bħala twaqqif illegali tal-hekk imsejjaħ “Ċentru tal-Ilsien Malti”. Filwaqt li esprimew fiduċja sħiħa fil-President tal-Kunsill tal-Malti, Olvin Vella u saħqu li ħadd qatt minnhom ma talbu jirriżenja preċiżaw jgħidu li kien huwa stess li offra li jirriżenja iżda huma ma aċċettawhiex dan għaliex spjegaw li Vella spiċċa vittma ta’ maniġġi u li daħluh f’nassa.