Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

“Nemmnu fil-konsultazzjoni, iltqajna biex nisimgħu u naqsmu l-ideat” – Bernard Grech f’laqgħa mal-MCESD

Il-budget ta’ din is-sena jinsab biss ftit ġimgħat ‘il bogħod, u huwa għalhekk li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista laqqa’ lill-imsieħba soċjali fil-Parlament.

Il-laqgħa mal-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku Soċjali, li bdiet il-Ġimgħa waranofsinhar, bit-tema ta’ ‘Viżjoni ekonomika għal ħajja aħjar f’pajjiżna’, saret sabiex il-Partit Nazzjonalista jagħraf il-bżonnijiet finanzjarji meħtieġa fis-sena li ġejja.

Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar xhur jitkellem fuq il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna, li jinsab taħt pressjoni minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni Maltija filwaqt li ilu jaħdem bis-sħiħ sabiex jipprovdi ħajja aħjar f’pajjiżna għaċ-ċittadini Maltin.

Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech qal li minkejja li l-Oppożizzjoni temmen bis-sħiħ fil-konsultazzjoni u fis-smiegħ, il-Partit Nazzjonalista flimkien mal-MCESD wettqu din il-laqgħa sabiex jifhem u jaħdem fuq dak li għandha bżonn l-ekonomija tal-pajjiż.

Hu qal ukoll, li il-konsultazzjoni hija importanti għaliex l-imsieħba soċjali, bħal Partit Nazzjonalista għandhom il-polz tal-poplu u s-settur li huma viċin tiegħu.

Intant, Bernard Grech stqarr illi l-pajjiż ma jistax jibqa’ miexi ‘l quddiem dan għaliex l-ekonomija mhux qed tiflaħ għaż-żieda fil-popolazzjoni – li deher ċar fil-kriżi tal-qtugħ tal-provvista tad-dawl, l-isptarijiet u fis-sistema edukattiva tal-pajjiż.

Hu kompla jgħid li huwa għalhekk li dan id-djalogu soċjali mal-msieħba soċjali, hu wieħed importanti għaliex il-Partit Nazzjonalista qiegħed jibbaża l-politika tiegħu fuq il-bniedem u l-bżonnijiet tal-poplu Malti.

L-imsieħba soċjali preżenti għal din il-laqgħa kienu, ic-Chairperson, is-Segretarju Eżekuttiv u l-Uffiċjal għall-Komunikazzjoni tal-MCESD, l-GWU, UĦM, For U.M, CMTU, MHRA, Chamber of SMEs, Malta Chamber of Commerce, Civil Society Committee, Gozo Regional Committee,

Preżenti għal din il-laqgħa kienu ukoll, Robert Cutajar, Claudette Buttigieg, Robert Cutajar, Jerome Caruana Cilia, Mario Demarco u Ivan Castillo.

Ritratti: Martin Agius