Matul il-jum tal-Ħamis hekk kif Net FM iċċelebra t-32 anniversarju tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara fl-istudios tar-radju.
Waqt din iż-żjara Bernard Grech għamel intervent spontanju, fejn indirizza wkoll lis-semmiegħa ta’ Net FM. Filwaqt li wassal l-awguri tiegħu għal dan l-anniversarju importanti.
Apparti minn hekk, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll diversi studios fejn jittellgħu uħud mill-programmi ta’ Net Television. Dan hekk kif bħalissa għaddejja ħidma kbira sabiex jitlestew is-settijiet il-ġodda propju għall-iskeda l-ġdida li tibda nhar it-Tnejn li ġej.
Bernard Grech kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u Chief Operations Officer ta’ Net Media Karl Gouder.