Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

“Jekk ma jippubblikawx ir-rapport se nippubblikawh aħna” – IĠM

F’laqgħa tal-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li saret nhar il-Ħamis, ġie deċiż li l-IĠM jippubblika ir-rapport kollu tal-Kumitat tal-Esperti dwar tibdiliet fil-liġijiet li jolqtu l-midja kemm-il darba il-gvern ma jagħmilx dan nhar it-Tnejn

L-IĠM ħeġġeġ lill-Gvern ta’ Robert Abela sabiex ipoġġi r-rapport fil-parlament meta jerġa’ jiltaqa’ wara l-waqfa tas-sajf.

Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jappoġġja l-għajta tal-edituri, ġurnalisti, opinjonisti, riċerkaturi u attivisti li l-proposti għar-riforma fil-liġijiet Maltin li jolqtu l-midja jinfetħu għall-konsultazzjoni pubblika f’forma ta’ White Paper.

Il-Kunsill jemmen li hu biss wara l-iktar konsultazzjoni wiesgħa possibbli li Malta jista’ jkollha l-aħjar liġijiet possibbli li jipproteġu l-ġurnaliżmu u l-ġurnalisti.