Id-disa’ mexxejja ta’ Med9 jinsabu f’pajjiżna fejn mistennija li jiddiskutu diversi temi Ewropej, fosthom il-kriżi tal-immigrazzjoni.
F’pajjiżna, hawn il-mexxejja tal-Kroazja, Ċipru, Franza, Greċja, Italja, Portugal, Slovenja, u Segretarju tal-Istat għal Spanja.
Dawk l-iktar li mistennija jitkellmu dwar l-immigrazzjoni hemm il-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni u l-President Franċiż, Emmanuel Macron.
Dan is-summit huwa t-tieni darba li se jsir f’Malta, bl-ewwel darba li se jinkludi d-disa’ membri stati tal-Unjoni Ewropea.
L-ewwel darba li tlaqqa’ dan is-summit kien f’Ateni fl-2016 għall-pajjiżi li jinsabu fin-nofsinhar tal-Ewropa fejn l-ewwel darba dan is-summit kien jinkludi seba’ pajjiżi, b’Malta tkun waħda minnhom. Fl-2021 żdiedu Kroazja u Slovenja biex jiddiskutu f’dan is-summit.
Għal dan is-summit jattendu l-President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-President tal-Kunsill Ewropew fejn jiġu diskussi temi li jaffetwaw lil dawn id-disa’ pajjiżi.
Iktar tard illejla mistennija tiġi ppublikata d-dikjarazzjoni la darba l-pajjiżi kollha jaslu fi qbil.
Intant, żewġ żgħażagħ marru fil-Belt Valletta jipprotesta kontra l-korruzzjoni li qed naraw f’pajjiżna, b’appell għall-Prim Ministru, Robert Abela biex jibda jinvestiga minnufih.