Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-kriżi tal-immigranti: Il-Mediterran sar ‘ċimiterju għat-tfal’ fost iż-żieda allarmanti tal-vittmi

L-aġenzija UNICEF tan-Nazzjonijiet Uniti wissiet li l-baħar Mediterran, f’dawn ix-xhur, inbidel f’ċimiterju għat-tfal immigranti u l-futur tagħhom…Dan meta qed ikomplu jmutu l-immigranti mill-Afrika u pajjiżi oħra sotto-żviluppati li kuljum qed jissugraw ħajjithom bil-vjaġġi illegali lejn l-Ewropa.

Fil-fatt, il-kelliema għall-UNICEF, issa, qalu li tliet darbiet aktar tal-immigranti mietu jew sparixxew dan is-sajf b’konsegwenza ta’ dawn il-vjaġġi.

Iċ-ċifra xokkanti kienet ikkonfermata fost in-negozjati diplomatiċi urġenti li għaddejjin bħalissa fl-Ewropa dwar l-issues relatati mal-immigrazzjoni.

Dan ukoll fost l-introduzzjoni tal-politika mill-aktar kontroversjali li qed jieħdu l-pajjiżi biex jikkontrollaw din is-sitwazzjoni.

Bejn Ġunju u Awwissu, talanqas 1,000 immigrant spiċċaw involuti fl-inċidenti fiċ-ċentru tal-Mediterran…Il-baħar magħruf bħala l-aktar rotta tal-baħar perikloluża li sservi bħala konnessjoni bejn l-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa.

Dawn il-vittmi jew mietu inkella ma deheru qatt aktar – biċ-ċifra provduta tkun aktar minn tliet darbiet oħla mit-334 immigranti li fl-2022, tilfu ħajjithom waqt vjaġġi simili għall-istess perjodu ta’ żmien.

Dan dejjem skont l-istatistika provduta mill-UNICEF — magħrufa wkoll bħala l-Aġenzija tan-NU għat-Tfal – u meta magħruf ukoll li, bejn Jannar u nofs-Settembru, talanqas 11,600 ‘minorenni li ma kenux akkumpanjati mill-adulti’ pruvaw jaslu l-Italja permezz ta’ dawn il-vjaġġi.