Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

€50 għalik u għal sħabek bil-programm ta’ riferiment ġdid ta’ MeDirect

MeDirect Bank għadu kif nieda programm ġdid ta’ riferiment li joffri bonus ta’ €50 lill-klijenti eżistenti meta jirreferu b’suċċess klijenti ġodda lill-Bank. L-iskema ssegwi s-suċċess riċenti tat-tnedija ta’ debit cards u tagħti opportunità lill-klijenti li jaqsmu l-esperjenzi pożittivi tagħhom filwaqt li jibbenefikaw. Klijenti ġodda li jingħaqdu mal-bank permezz ta’ din il-promozzjoni se jkunu eliġibbli wkoll li jirċievu €50 kull wieħed.

Biex jibbenefikaw minn din il-promozzjoni, il-klijenti eżistenti jridu jidħlu fl-online banking jew fil-mobile app ta’ MeDirect u jiksbu r-Referral Code taghhom. Dan il-code jista’ mbagħad jingħata lil-ħbieb u l-familja sabiex jużawħ meta japplikaw biex isiru klijenti ġodda ta’ MeDirect.

Il-bonus ta’ €50 se jitħallas lill-klijenti eżistenti għal kull klijent ġdid li jiftah kont ma MeDirect, sa massimu ta’ tliet klijenti ġodda. Il-bonus jingħata kemm lill-klijenti eżistenti kif ukoll lill-klijenti ġodda, diment il-klijenti l-ġodda jniżżlu l-MeDirect App, jordnaw debit card u jagħmlu minimu ta’ ħames tranżazzjonijiet li jammontaw għal mill-inqas €500, fi żmien xahrejn.

Ingrid Micallef, Head – Products & Marketing ta’ MeDirect Malta, qalet, “Iktar minn 114,000 persuna madwar l-Ewropa diġà jafu l-benefiċċji li tkun klijent ta’ l-ewwel bank diġitali Malti. Hekk kif inkomplu ntejjbu l-esperjenza tal-klijenti tagħna, inkluż permezz tat-tnedija reċenti tad-debit cards, din il-promozzjoni ġdida se tagħti lill-klijenti eżistenti, li diġà jafdawna b’aktar minn €4.5 biljun f’assi, l-opportunità li jirrakkomandawna u jaqsmu l-esperjenzi pożittivi tagħhom mal-ħbieb u l-familja tagħhom.”

Bħala l-ewwel bank diġitali ta’ Malta, MeDirect joffri lill-klijenti firxa ta’ prodotti ta’ tfaddil u investiment kif ukoll self għal-propjeta u servizzi bankarji korporattivi. Aktar informazzjoni tista tinstab fuq www.medirect.com.mt. Għal iktar dettalji dwar il-il-programm tar-riferiment, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet żur https://promo.medirect.com.mt/refer-a-friend.