Il-Qorti imponiet multa ta’ €10,000 fuq żagħżugħ li jagħmel użu minn ta’ Facebook b’multa talli poġġa ritratt meqjus li jrid iwaqqa’ għaż-żuffjett lil dawk li jbatu mid-Down Syndrome. Luke Mihalic ta’ 29 sena min-Naxxar, il-Ħamis instab ħati mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ta’ “użu ħażin ta’ tagħmir tal-kompjuter u tat-telekomunikazzjoni” b’rabta mar-ritratt li tella’ fuq il-grupp ta’ Facebook ‘Uncensored Jokes Malta’ f’April tal-2020.
L-immaġini kienet tikkonsisti f’ritratt ta’ persuna mhux identifikata b’Down’s Syndrome, bil-kliem: “Website is Down”, “Oooh, me too!”. Mihalic kien irrapurtat lill-pulizija minn Oliver Scicluna meta kien fil-vesti tiegħu ta’ Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilità. Il-Qorti qalet li dawn il-kummenti kienu jfissru li dawn il-persuni huma nferjuri.
Huwa kien qal li kienu intbagħatu lilu links għall-immaġini ta’ Mihalic fejn dawn qalulu dwar il-post li kien ittella post u li kienu ġew offiż biha. Wara li ġie msejjaħ fl-għassa tal-pulizija, Mihalic kien ħareġ stqarrija fejn spjega li kien tefa’ l-post b’intenzjoni umoristika, u mhux biex iweġġgħa.
Il-grupp ta’ Facebook inkwistjoni jaċċetta dan ċajt dwar suġġetti sensittivi, “bħar-reliġjon, is-sess u kollox” u li ma kienx hemm regoli dwar x’jista’ jittella’, huwa qal lill-pulizija. Iżda fis-sentenza tagħha dwar il-kwistjoni, il-Maġistrat Micallef Stafrace opiniet li l-fatt li kienet imwaħħla fi grupp bħal dan “ma ħadet xejn mill-fatt li l-messaġġ deġenerat li ried jibgħat l-akkużat.”
Hija ddeċidiet li l-imputat kien konxjament u intenzjonalment tellq’ fuq il-midja soċjali l-immaġini biex jirredikola lil dawk li sofrew minn din id-diżabilità partikolari, “bil-messaġġ li n-nies bid-Down’s Syndrome huma inferjuri u m’għandhomx post fis-soċjetà.”
“Bl-ebda medda ta’ immaġinazzjoni wieħed ma jista’ jgħid li din hija espressjoni artistika, satirika, komika jew kulturali. Il-Qorti tqis li din hija theddida għal dawk il-persuni li jbatu mid-Downs Syndrome li huma integrati f’dik li suppost hija soċjetà inklużiva.”
L-akkużat irnexxielu jiżgiċċa milli jinstab ħati ta’ diskors ta’ mibegħda minħabba li d-diskors ta’ mibegħda dirett lejn il-persuni b’diżabilità sar reat kriminali f’Diċembru tal-2021.