Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-attivita ‘Rockestra’ – bir-rehelsals ilhom għaddejin minn April li għadda, sabiex is-Sibt jitella’ spettaklu ieħor mill-isbaħ b’risq il-Community Chest Fund.
Rockestra ta’ din is-sena, bit-tema ta’ ‘More than a feeling’, se tkun qed tippreżenta diversi artisti Maltin akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta – attivita li qed titella’ bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund u persuni li qed jikkumbattu l-kancer.
Pawlu Borg Bonaci, id-direttur artistiku ta’ dan l-avveniment, spjega ma’ NetNews li spettaklu ta’ dan il-livell jirrikjedi ħafna preparamenti.
Il-Ħamis filgħaxija, l-President George Vella żar l-aħħar preparamenti tar-Rockestra, fejn appella lill-pubbliku sabiex jattendi dan l-ispettaklu tant mistenni, u jkunu ta’ għajnuna għall-persuni fil-bżonn.
Rockestra se tkun immexxija mid-direttur mużikali Maestro Aurelio Belli…is-Sibt 30 ta’ Settembru mit-8:30 ta’ filgħaxija ‘il quddiem.
Preżenti ukoll kien hemm il-Kelliema għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura tal-Partit Nazzjonalista, Julie Zahra.